Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

L-istaff tal-Kurja tal-Isqof kellu jumejn ta' formazzjoni li nżammu t-Tnejn u t-Tlieta…

Sors: Facebook

L-istaff tal-Kurja tal-Isqof kellu jumejn ta' formazzjoni li nżammu t-Tnejn u t-Tlieta f'Dar Manresa. Waqt is-seminar ġie diskuss fit-tul il-'mission statement' tal-Kurja għas-snin li ġejjin biex taqdi aħjar lill-poplu ta' Alla u lil dawk kollha li jfittxu s-servizzi tagħha, kif ukoll il-ħidma ta' kull impjegat u impjegata biex fl-aħħar mill-aħħar jintlaħaq l-għan ewlieni tal-ħidma kollha tal-Knisja f'Għawdex: l-evanġelizzazzjoni. Barra r-riflessjonijiet tal-Isqof, tħalla spazju għas-smigħ tal-Kelma ta' Alla u qsim ta' esperjenzi.

Aqsam fuq