Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

L-istorja ta’ San Ġwann Battista tgħallimna xi ħaġa fundamentali ħafna: li x-xewqat…

Sors: Facebook

L-istorja ta’ San Ġwann Battista tgħallimna xi ħaġa fundamentali ħafna: li x-xewqat tagħna qatt mhuma se jiġu sodisfatti għalkollox, id-diffikultajiet tagħna qatt mhuma se jkunu solvuti għalkollox.

Imma dawn ix-xewqat qatt ma huma l-aħħar xewqa. Hemm bżonn tal-qabża l-kbira! San Ġwann jgħidilna li aħna magħmulin għal ħwejjeġ ikbar: biex niltaqgħu mal-persuna ta’ Ġesù. U l-Battista hu dak li jindikalna lil dan il-Ħaruf ta’ Alla.

Żakkarija, Eliżabetta u Ġwanni bl-ismijiet tagħhom iħabbrulna “t-tifkira ħajja ta’ Alla”, li “jżomm il-wegħda” b’mod sħiħ, u “jagħmel ħniena” magħna. Din il-ħniena dehret f’Ġesù, “Alla-magħna” li jsalvana.

Ġwanni jistqarr li hu kien il-leħen u mhux il-Kelma, il-ħabib u mhux l-Għarus, u li hu ma jistħoqqlux iħoll is-sandli ta’ Dak li ġej warajh. Hu jgħammed bl-ilma, waqt li warajh jiġi ieħor li jgħammed “bl-Ispirtu s-Santu u n-nar”.

L-istorja ta’ Żakkarija, Eliżabetta u Ġwanni tgħallimna li kull familja tilħaq il-milja tagħha meta tiltaqa’ mal-persuna ta’ Ġesù. Inkella jibqgħu ħafna xewqat mhux sodisfatti. Ġwanni jindikalna xi mkien ieħor il-milja tax-xewqat tagħna: mhux fina nfusna imma f’Ġesù Kristu.

L-Ewkaristija hi t-tifkira ħajja ta’ Alla li jżomm il-wegħda li għamel. Huwa għalhekk li fiha l-passat isir preżent: Ġesù ried li f’kull Ewkaristija jerġa’ jseħħ dak li seħħ fl-Aħħar Ċena u fil-Kalvarju. Hawn tinsab il-milja tal-umanità tagħna!

San Ġwann b’sebgħu l-werrej jindikalna s-Salib u l-Ħaruf...

🎞️ F’dan il-filmat tista' ssegwi l-omelija kollha li għamel l-Isqof Anton Teuma lbieraħ fir-Rotunda Arċipretali tax-Xewkija

Aqsam fuq