Sors: Facebook
🇲🇹 Lejn Ottubru 2025 nibtet ix-xewqa li titwaqqaf komunità Kattolika ta’ lingwa Spanjola bl-iskop li toffri spazju fejn il-barranin ta’ lingwa Spanjola li jgħixu f’Għawdex jistgħu jiċċelebraw il-quddiesa bil-lingwa Spanjola filwaqt li jkomplu jikbru u jiġu ffurmati fil-fidi tagħhom. Din ix-xewqa nibtet quddiem il-fatt li n-numru ta’ barranin ta’ lingwa Spanjola f’Għawdex, ħafna minnhom Kattoliċi, qed jikber kulma jmur.
Ġie ffurmat grupp ta’ animaturi Għawdxin fejn f’kollaborazzjoni ma’ Mons. John Muscat, id-Delegat tal-Isqof għall-Pastorali mal-Gruppi Etniċi, bdiet il-ħidma għat-twaqqif ta’ din il-komunità. Nhar is-Sibt 13 ta’ Diċembru saret l-ewwel laqgħa ta’ din il-komunità l-ġdida fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù li għaliha attendew numbru sabiħ ta’ barranin ta’ lingwa Spanjola.
Minn dakinhar sal-lum din il-komunità baqgħet tiltaqa’ ta’ kull ġimgħa u n-numru ta’ dawk li jattendu kompla jiżdied, fejn illum il-membri fi ħdan din il-komunità jammontaw għal kważi 40 persuna minn pajjiżi diversi, fosthom il-Kolombja, Spanja, il-Messiku, il-Gwatemala u l-Perù. Il-laqgħat ta’ kull ġimgħa jikkonsistu f’katekeżijiet, mumenti ta’ talb, spazju għad-diskussjoni, u darba fix-xahar tiġi ċċelebrata l-quddiesa bl-Ispanjol minn Mons. Ġużepp Camilleri, qassis Għawdxi li għadda snin twal bħala missjunarju l-Gwatemala.
Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2026, il-membri tal-istess komunità wrew ix-xewqa li jpoġġu din il-komunità taħt il-protezzjoni tal-Madonna Ta’ Pinu biex hi sservi ta’ mudell għad-dixxpulat wara Ġesù. Kien għalhekk li dakinhar ingħata l-isem lil din il-komunità ġdida bħala Comunidad Hispana Nuestra Señora de Ta’ Pinu en Gozo.
L-għan ta’ din il-komunità, filwaqt li tkompli tkun ta’ spazju għal dawn il-barranin biex jikbru fil-fidi tagħhom, hu wkoll li sservi ta’ pont bejn dawn il-barranin u l-kumplament tal-Knisja f’Għawdex. Fi kliem ieħor, din il-komunità trid isservi biex dawn il-barranin, wara li jkunu sabu komunità li tilqagħhom, ikomplu jinserixxu ruħhom fid-diversi parroċċi u gruppi li tħaddan il-Knisja f’Għawdex.
Intant, din il-komunità toffri wkoll għajnuna fuq livell uman lill-membri tagħha fid-diversi ħtiġijiet li r-realtà tal-migrazzjoni taf tippreżenta. Ħafna drabi dan isir ukoll f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn, fosthom mal-Caritas tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
🇪🇸 Hacia octubre de 2025 surgió la iniciativa de crear una comunidad católica de lengua española con el objetivo de ofrecer un espacio donde los hispanohablantes que viven en Gozo puedan celebrar la misa en su idioma, al tiempo que continúan creciendo y formándose en su fe. Esta idea nació ante el aumento constante del número de residentes de habla española en la isla, muchos de ellos católicos.
Se formó un grupo de animadores locales que, en colaboración con Mons. John Muscat, delegado del obispo para la pastoral con grupos étnicos, comenzó a trabajar en la creación de esta comunidad. El sábado 13 de diciembre tuvo lugar el primer encuentro en el Seminario Mayor del Sagrado Corazón de Jesús, con una buena participación de fieles hispanohablantes.
Desde entonces, la comunidad se ha reunido semanalmente y el número de asistentes ha ido creciendo, alcanzando hoy cerca de 40 miembros procedentes de distintos países, entre ellos Colombia, España, México, Guatemala y Perú. Los encuentros incluyen catequesis, momentos de oración, espacios de diálogo y, una vez al mes, la celebración de la misa en español presidida por Mons. Ġużepp Camilleri, sacerdote gozitano que fue misionero durante muchos años en Guatemala.
El viernes 27 de febrero de 2026, los miembros expresaron su deseo de poner la comunidad bajo la protección de Nuestra Señora de Ta’ Pinu, como modelo de seguimiento de Jesús. Por ello, ese día se le dio el nombre de Comunidad Hispana Nuestra Señora de Ta’ Pinu en Gozo.
El objetivo de esta comunidad, además de ofrecer un espacio donde sus miembros puedan crecer en la fe, es también servir de puente entre los fieles extranjeros y el resto de la Iglesia en Gozo. En otras palabras, busca facilitar que, una vez acogidos, los participantes se integren progresivamente en las parroquias y grupos eclesiales de la isla.
Asimismo, la comunidad brinda apoyo humano a sus miembros ante las diversas necesidades que pueden surgir en el contexto de la migración. En muchos casos, esta labor se realiza en colaboración con otras entidades, entre ellas Cáritas de la diócesis de Gozo.