Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

“Magħkom jien Nisrani, għalikom jiena Isqof” – kliem Santu Wistin fl-ewwel tislima fuq…

Sors: Facebook

“Magħkom jien Nisrani, għalikom jiena Isqof” – kliem Santu Wistin fl-ewwel tislima fuq fomm l-iben spiritwali tiegħu, il-Papa Ljun XIV, minn fuq il-Loġġa Ċentrali ta' San Pietru ftit tal-ħin ilu.

F’dan il-jum tat-Tifkira ta’ Sidtna Marija ta’ Pompej, nitolbu għal dan ir-Ragħaj Suprem ġdid tal-Knisja Kattolika li għadhom kemm tawna l-Kardinali fil-Konklavi, bil-kelmiet tas-Supplika lill-Madonna ta’ Pompej: “Aħna mhux se nitilquk sakemm tberikna. Bierek, o Marija, f’dan il-mument il-Qdusija Tiegħu l-Papa. Mar-rebħiet kbar tar-Rużarju agħti r-rebħa lir-Reliġjon u lir-reliġjużi u l-paċi lis-soċjetà”.

Aqsam fuq