Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Mal-wasla tiegħu f'Barċellona aktar kmieni llum bħala parti mill-Vjaġġ Appostoliku fi…

Sors: Facebook

Mal-wasla tiegħu f'Barċellona aktar kmieni llum bħala parti mill-Vjaġġ Appostoliku fi Spanja, il-Q.T. il-Papa Ljun XIV sab il-ħin isellem lill-isqfijiet li bħalissa jinsabu miġbura f'din il-belt għal-laqgħa Mediterranja MED26 dwar inizjattivi ta' djalogu u solidarjetà fir-reġjun.

Huwa ħeġġiġhom biex ikomplu jaħdmu sabiex l-Aħbar it-Tajba tasal għand kulħadd, speċjalment meta għajnejn id-dinja kollha jinsabu fuq il-Mediterran, l-aktar minħabba l-kunflitti fil-Lvant Nofsani.

"Jiena u l-Knisja grati lejn dak kollu li intom tirrappreżentaw u ninkuraġġukom tkomplu tagħmlu dawk l-isforzi kbar, minkejja tant sagrifiċċju u diffikultajiet, biex ngħidu lid-dinja ta' madwarna li hemm mod aħjar, u li flimkien nistgħu nibnu dinja aħjar".

Fost il-200 parteċipant li jinkludu 60 isqof hemm l-Isqfijiet Anton Teuma u Joe Galea-Curmi f'isem il-Konferenza Episkopali Maltija.

Aqsam fuq