Sors: Facebook
Kemm tidher artifiċjali meta mara titkellem favur l-abort, hi li msejħa biex tnissel u tħares fiha l-ħajja! Kemm hi ħaġa kerha li tipprietka favur l-ewtanasja! Fejn hemm l-għajn tal-ħajja, kif tista’ toħroġ il-mewt?
U aħna lkoll responsabbli ta’ dik id-deċiżjoni. Ma mmorrux bl-idea li l-ewtanasja hi għażla libera ta’ min jagħmilha. Aħna lkoll resposansabbli. Għalhekk għandna dmir u dritt nieħdu ħsieb il-ħajja, għax għalkemm hi ta’ dik jew ta’ dak jew tal-oħra, hija wkoll tiegħi. U jiena rrid nieħu sehem fil-promozzjoni jew fil-qerda tagħha. Dawn id-deċiżjonijiet u għażliet mhumiex biss ta’ persuna, imma ta’ komunità u soċjetà.
Il-Kmandamenti ta’ Alla ma jgħidulniex nissaportu jew neliminaw lill-anzjan, imma: ‘Weġġaħ lil missierek u lil ommok’. Irrispettah, ħobbu, għinu jħossu f’postu. L-anzjan għandu l-għerf u l-kapaċità li jgħinni nikber, anki jekk bid-dementia jew l-Alzheimer’s. Dik il-ħajja li jien obbligat inħares sal-aħħar minuta, toftoqli qalbi biex toħroġ minnha l-aħjar u tgħinni nikber fl-imħabba b’xejn. ‘Ma tagħrafnix’, ‘ma tgħidlix grazzi’, imma jien xorta nħobb l-umanità fl-aqwa tagħha.
Nitolbu lill-Mulej iħalli lil Marija titlaq tiġri u tidħol fid-dar tagħna, u tħallilna s-sliem tagħha, timliena bil-barka. Il-bqija, naqbdu t-triq li twassalna għall-mewt fejn mingħalina nixtiequ nsibu l-ħajja.”
▶️ Segwi l-omelija sħiħa li għamel dalgħodu l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma fil-Festa tal-Viżitazzjoni fl-Għarb