Sors: Facebook
Nhar id-19 ta’ Marzu, Festa ta’ San Ġużepp, f’Dar Manresa, il-Belt Victoria, il-Grupp Pastorali Djoċesan tat-Terza Età organizza attività għall-anzjani bit-tema: “Il-Fidi u l-Anzjanità”. Kienet opportunità biex l-anzjani jiltaqgħu flimkien u jaqsmu waqtiet ta’ talb, ta’ kuntatti soċjali u ta’ riflessjoni dwar din il-fażi tal-ħajja tagħhom.
Wara l-quddiesa minn Dun Mikiel Xuereb u Dun Daniel Grech, u waqfa qasira għal kelma flimkien ma’ kafè u xi ikel, Mons. Joseph Sultana, Segretarju Pastorali Djoċesan, għamel diskors ta’ riflessjonijiet dwar it-tema tal-ġurnata. Huwa ffoka d-diskors tiegħu fuq l-anzjani fil-Bibbja u fuq it-tagħlim tal-Papa Franġisku dwar l-anzjanità. Minn din il-bażi doppja, il-kelliem ħareġ prinċipji u proposti prattiċi għall-ħajja tal-anzjani fis-soċjetà tagħna.