Sors: Facebook
Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju, b’rabta mal-Festa tal-Madonna Ta’ Pinu, numru ta’ koppji li żżewġu tul dawn l-aħħar għaxar snin inġabru flimkien fis-Santwarju Ta’ Pinu għal quddiesa ta’ ringrazzjament iċċelebrata mill-Isqof Anton Teuma. Filwaqt li feraħ lill-koppji u magħhom irringrazzja lil Alla li laqqagħhom ma’ xulxin, b’referenza għall-Vanġelu tal-jum (Mt 5:27-32) l-Isqof qal li l-imħabba fidila u dejjiema tgħin lill-membri tal-koppja jikbru umanament. Iċ-ċelebrazzjoni ntemmet billi l-koppji fdaw lill-familji tagħhom lill-Verġni Marija, Sultana tal-Familja.