Sors: Facebook
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Frar inżammet it-tieni attività tad-Djoċesi għal dawk li huma romol. L-attività nżammet fl-Iskola Medika ta’ Queen Mary fil-Belt Victoria. Is-seminar kien indirizzat mill-psikjatra Dr Anton Grech, il-psikologu Dr Nicholas Briffa, u l-psikoterapista Dr Maria Grech Debono. Is-suġġett kien kif iħossu individwu biex jadatta għall-ħajja ġdida wara t-telfa tal-parti l-oħra ta’ ħajjithom, u ġie milqugħ tajjeb ħafna u apprezzat min-numru ta’ romol li attendew.