Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru, is-seminaristi tad-Djoċesi ta’ Ruma flimkien ma’ xi wħud…

Sors: Facebook

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru, is-seminaristi tad-Djoċesi ta’ Ruma flimkien ma’ xi wħud mill-formaturi tagħhom għamlu żjara fis-Seminarju ta’ Għawdex. Din kienet parti minn żjara ta’ sitt ijiem li għamlu f’Malta u Għawdex. Mons. Michele Di Tolve, Isqof Awżiljarju ta’ Ruma u Rettur tal-Pontificio Seminario Romano (magħruf bħala “s-Seminarju tal-Papa”), mexxa quddiesa fil-Kappella flimkien mal-Viċi-Rettur u d-Direttur Spiritwali tal-istess Seminarju u r-Rettur, il-Viċi-Rettur, u l-komunità tas-seminaristi tas-Seminarju ta’ Għawdex. Wara l-quddiesa, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ltaqa’ ma’ dan il-grupp ta’ seminaristi u kellimhom għal ftit ħin fil-kappella dwar is-sbuħija tas-saċerdozju. Mons. Di Tolve fakkar li l-Isqof Teuma għandu rabta speċjali mas-Seminarju Ruman peress li mill-1994 sal-1997 kien wieħed mill-edukaturi f’din l-istituzzjoni. Iż-żjara kompliet bil-pranzu flimkien u b’laqgħa bejn il-formaturi taż-żewġ Seminarji. Attwalment id-Djoċesi ta’ Ruma għandha kważi 40 seminarista f’dan is-Seminarju, li jilqa’ fih seminaristi oħra minn djoċesijiet oħra fl-Italja u fid-dinja kollha.

Sacred Heart Seminary - Gozo

Aqsam fuq