Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nhar il-Ħadd 1 ta’ Frar saret attività oħra tad-Djoċesi għall-koppji u persuni ’l fuq…

Sors: Facebook

Nhar il-Ħadd 1 ta’ Frar saret attività oħra tad-Djoċesi għall-koppji u persuni ’l fuq minn 60 sena. Din il-laqgħa nżammet f’Villa Fiorita, Marsalforn. Il-kelliem mistieden kien Rev. Dr John Vella, psikoanalista u psikoterapista li għandu esperjenza kbira fil-psikoterapija u counselling mal-koppji u familji. Is-suġġett li kien ittrattat kien "Il-Paċi mal-istorja personali tal-koppja u tal-ulied". Waqt din il-laqgħa, li għaliha attendew numru sabiħ ta’ koppji u persuni, Dun John enfasizza li biex ir-relazzjonijiet fil-koppji u l-familji jkunu b’saħħithom, hu fundamentali li naċċettaw u nirrikonoxxu l-esperjenzi tal-passat. Problemi mhux solvuti u ħsibijiet rimossi jikkawżaw tensjoni u kunflitti ripetuti fil-futur u għalhekk il-proċess ta’ aċċettazzjoni jgħin lill-individwi u lill-familji jagħmlu paċi ma’ dak li ġara fil-passat.

Aqsam fuq