Sors: Facebook
Nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar saret laqgħa ġenerali tal-Komunitajiet Ewkaristiċi li għandna mferrxin fi tmien parroċċi f’Għawdex. Din saret fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria, u kien hemm preżenza sabiħa ħafna fejn il-membri setgħu jsegwu katekeżi mill-Arċipriet Ta’ Sannat Dun Michael Curmi. It-tema kienet “It-Tama tan-Nisrani”, fuq is-silta tal-ewwel kapitlu tal-Vanġelu ta’ San Mattew: kif l-antenati ta’ Ġesù għexu b’tama kbira fil-miġja tal-Messija, hekk ukoll aħna bil-fidi tagħna nitqawwew fit-tama tal-preżenza tal-imħabba ta’ Alla quddiem l-għażliet tagħna fil-ħajja konkreta. Membru minn kull komunità qasam l-esperjenza personali tiegħu ma’ dawk preżenti. Kien mument ta’ inkuraġġament lil kulħadd! Il-laqgħa spiċċat f’mument fratern.