Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nhar il-Ħamis 1 ta’ Awwissu, fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu, quddiem il-mużajċi…

Sors: Facebook

Nhar il-Ħamis 1 ta’ Awwissu, fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu, quddiem il-mużajċi tal-Misteri tal-Ferħ, inġabru flimkien il-Komunitajiet Ewkaristiċi li jinsabu f’disa’ parroċċi f’Għawdex, għal velja Marjana bis-suġġett tat-talba tal-Ave Maria. Kien mument intens ta’ spiritwalità f’atmosfera ta’ serenità u paċi. L-Isqof sellem lill-assemblea b’messaġġ qasir u profond. Wara, il-membri qasmu flimkien mument ta’ agape fraterna.

Aqsam fuq