Sors: Facebook
Nhar is-Sibt 3 ta’ Jannar is-saċerdoti Għawdxin iltaqgħu mal-Isqof Anton Teuma għal-laqgħa tradizzjonali msejħa “tal-Awguri”, f’Villa Fiorita, Marsalforn. L-ewwel sar intervent minn Dun Michael Grima dwar it-tema tas-saċerdozju komuni. Wara, in-Nunzju Appostoliku Savio Hon Tai-fai SDB sellem lis-saċerdoti tad-Djoċesi qabel ma jagħlaq il-ħidma tiegħu fostna aktar tard din is-sena. Sar ukoll skambju ta’ rigali mid-Djoċesi bħala apprezzament għall-ħidma li wettaq fostna, kif ukoll min-naħa tan-Nunzju. Fl-aħħar nett, l-Isqof Anton għamel diskors qasir segwit bl-ikla flimkien man-Nunzju.