Sors: Facebook
Nhar is-Sibt filgħodu, fis-Seminarju Maġġuri, inżammet il-laqgħa tradizzjonali tal-awguri fil-bidu tas-sena għas-saċerdoti Għawdxin. Dun Carl Scerri ta taħdita dwar il-viżjoni ekkleżjali fi żmien il-Papa Franġisku, b’attenzjoni għall-kattoliċità tal-Knisja, xi tfisser u kif tista’ tgħin fir-riflessjoni u l-azzjoni pastorali fid-Djoċesi ta’ Għawdex. Fl-intervent tiegħu, l-Isqof kompla jgħin fir-riflessjoni u ta l-awguri tiegħu fil-bidu tas-sena. Fl-aħħar, inżammet ikla fraterna għall-kleru fir-refettorju tas-Seminarju.