Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nhar is-Sibt li għadda sar il-ftuħ uffiċjali taċ-Ċentru Pastorali Ġwanni Pawlu II…

Sors: Facebook

Nhar is-Sibt li għadda sar il-ftuħ uffiċjali taċ-Ċentru Pastorali Ġwanni Pawlu II fin-Nadur. Il-ftuħ huwa l-ewwel inawgurazzjoni ta’ proġett pastorali mill-Isqof il-ġdid tagħna Anton Teuma. Għal din iċ-ċerimonja kienu preżenti wkoll l-Onor. Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex, Dr Josianne Cutajar, MEP min-Nadur, rappreżentat tal-Kunsill Lokali tan-Nadur, il-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, u diversi benefatturi u mistiedna oħra.

Il-post, magħruf bħala ċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, ser ikompli jaqdi l-għan tiegħu billi jilqa’ fih l-adolexxenti u ż-żgħażagħ (Nadur Teen & Youth Centre) u issa wkoll ir-radju parrokkjali, Radju Luminaria. Jinkludi fih kmamar kbar għal-laqgħat, games room, prayer room, mużew għall-oġġetti sagri tal-Bażilika, u studjows professjonali tar-radju. L-għan taċ-Ċentru huwa li jsir dejjem aktar mezz ta’ evanġelizzazzjoni kemm mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ permezz tal-NTYC, u kemm mal-adulti permezz ta’ Radju Luminaria.

Nadur Teen & Youth Centre

[ritratti: Darren Cassar]

Aqsam fuq