Sors: Facebook
Nhar it-Tnejn 10 ta’ Ġunju, fis-Sala taċ-Ċentru Pastorali tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, l-Isqof ippreżenta ċ-ċertifikati ta’ attendenza lil dawk li fl-aħħar xhur ħadu sehem fil-korsijiet li offriet il-Kummissjoni Liturġika Djoċesana għall-animaturi, l-ostjarji u s-sagristana. Dan wara messaġġ minn Dun Nazju Borg, Delegat tal-Isqof għal-Liturġija, u ieħor tal-Isqof Anton li fih tkellem dwar l-importanza li l-Knisja, fid-dawl ukoll tar-riformi konċiljari li bdew 60 sena ilu, tagħti lill-ministeri tal-lajċi anki fil-qasam liturġiku. Fiż-żewġ korsijiet ħadu sehem 64 ruħ mill-parroċċi Għawdxin.
Liturgy - Gozo