Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Novembru fl-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II saret it-tnedija…

Sors: Facebook

Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Novembru fl-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II saret it-tnedija tal-ktieb "Inħobbok u Nirrispettak", miktub mill-Isqof Anton Teuma u pubblikazzjoni tal-Lumen Christi Publications. It-tnedija saret waqt laqgħa tal-gruppi involuti fil-ħidma favur il-familji. Il-ktieb hu mqassam fi 33 skeda li jiffurmaw il-Mixja ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ. Għalkemm hu maħsub prinċipalment għall-għarajjes, il-ktieb jista’ jservi wkoll bħala għajnuna għall-koppji li diġà żżewġu jew li qegħdin f’relazzjoni u wkoll għal saċerdoti li jaħdmu mal-għarajjes jew mal-familji. F’diskors tal-okkażjoni, l-Isqof Anton tkellem dwar l-iskedi li fuqhom hu mibni l-ktieb, u dwar il-futur tal-pastorali familjari fid-Djoċesi ta’ Għawdex, fejn nieda l-istruttura ta’ għaxar timijiet fi ħdanha li qed jissawru biex jindirizzaw il-bżonnijiet spiritwali u umani ta’ familji differenti.

Aqsam fuq