Sors: Facebook
Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Mejju, f’Villa Fiorita, Marsalforn, il-Grupp Djoċesan tat-Terza Età organizza attività ta’ tagħlim dwar “Kif tagħmel testment”.
In-Nutara Maria Vella Magro fissret xi liġijiet importanti dwar is-suġġett u qegħdithom fil-kuntest ta’ każi prattiċi u ta’ diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.
Dun Brendan Gatt, Vigarju Ġudizzjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, tkellem mil-lat etiku u spiritwali, u ta prinċipji essenzjali sabiex it-testment ikun ġust, u biex din l-aħħar kelma tkun waħda li tagħti ferħ lil min jirċeviha.
L-attendenza numeruża wriet interess b’għadd ta’ mistoqsijiet.
Din kienet it-tieni inizjattiva tal-Grupp tat-Terza Età. L-ewwel waħda ddiskutiet “Kif nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna”. L-attività li jmiss se tkun nhar is-26 ta’ Lulju, il-Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, b’Quddiesa fid-Dwejra.