Sors: Facebook
Tliet katekisti Għawdxin, it-tlieta membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, irrappreżentaw lill-gżira tagħna fil-Ġublew tal-Katekisti f’Ruma. Pauline Grech, Joseph Mercieca u Mario Pavia ngħaqdu ma’ grupp ta’ aktar minn tletin membru tal-Museum li attenda għall-Velja ta’ nhar il-Ġimgħa, il-Katekeżi Ġubilari lbieraħ filgħodu, il-katekeżi bil-lingwa Ingliża waranofsinhar, kif ukoll il-quddiesa mmexxija mill-Papa Ljun dalgħodu fi Pjazza San Pietru.
Fil-ġranet li ġejjin, kif nafu, ħafna miċ-ċentri tad-duttrina u l-Oqsma tal-Museum tagħna jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għal sena kateketika ġdida. Inħeġġu lill-ġenituri biex ma jċaħħdux lil uliedhom minn dan il-ġid kbir li jistgħu jirċievu mit-tagħlim tal-katekiżmu.