Sors: Facebook
Waqt laqgħa li saret għall-koppji fl-ewwel ħames snin taż-żwieġ fis-16 ta’ Marzu, l-Isqof Anton Teuma spjega kif il-kunflitti jagħmlu inevitabbilment parti mill-ħajja taż-żwieġ u li l-koppja trid għalhekk titgħallem kif taffronthom aktar milli tevitahom. Iddistingwa bejn dinamiċi negattivi li jistgħu jinħolqu bejn koppja f’kunflitt u dinamiċi pożittivi li jistgħu mill-banda l-oħra jiġu addottati. L-Isqof spjega ħiliet speċifiċi li l-koppja tista’ titħarreġ fihom biex mhux biss taffronta l-kunflitti b’mod matur, imma anki tissuperhom u tikber fl-imħabba.
📧 Min ikun interessat li jattendi għal-laqgħat ta’ formazzjoni, li minn żmien għall-ieħor qed jiġu organizzati mid-Djoċesi ta’ Għawdex, għall-koppji fl-ewwel snin taż-żwieġ jista’ jibgħat email fuq [email protected].