Sors: Facebook
Wara l-waqfa tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-Viżta Pastorali tal-Isqof Anton Teuma fil-parroċċi Għawdxin kompliet mill-ġimgħa l-oħra, fejn hu żar il-komunità parrokkjali tan-Nadur, wieħed mill-ikbar irħula tal-gżira. Hawn hu ltaqa' mad-diversi realtajiet ħajjin li jiffurmaw il-parroċċa, li ferħet ukoll miegħu f'għeluq sninu li ħabat matul dik il-ġimgħa.