Sors: Facebook
Xmajjar ta' nies qed iżuru l-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani f'Għajnsielem f'dawn is-sigħat li fihom hemm għall-qima fiha l-Kurċifiss Mirakoluż Ta' Ġieżu. Ġranet ta' grazzja kbira għal Għawdex u għal ħafna pellegrini, fosthom morda u anzjani li nġabu mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u mid-Djar tal-Anzjani għal mumenti ta' talb, fejn jistgħu jiksbu wkoll il-maħfra ta' Alla fil-Qrar u bl-Indulġenza Plenarja tal-Ġublew.
📷 Sebio Aquilina - Audio Visuals