L-Oratorju Don Bosco ser jibda jorganizza laqgħat għal dawk il-persuni single (35-50 sena) li jixtiequ jagħmlu mixja ta’ fidi flimkien f’komunità.
Dawn il-laqgħat ser jibdew nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru fis-7.30pm fl-Oratorju stess. Il-laqgħa tkun kull ġimagħtejn.
Dawk li huma interessati jistgħu jirreġistraw fuq https://forms.gle/DfqUt8XXKWLRh98r9, u għal aktar informazzjoni jistgħu jkellmu lil Dun Samuel Grech jew Dun Mark Bonello.