Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Aqra aktar dwar il-Kummissjoni tas-Safeguarding fid-Djoċesi ta' Għawdex

Sors: Facebook

Fid-dawl tal-Ittra appostolika "Vos estis lux mundi" tal-Papa Franġisku, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2019, b’normi ġodda marbuta mal-protezzjoni tal-minuri u l-persuni vulnerabbli fi ħdan il-Knisja, bl-għan li “jiġu adottati fuq livell universali proċeduri dwar il-prevenzjoni u li jeħduha kontra dawn l-atti kriminali li qed jittradixxu l-fiduċja tal-fidili”, u li ħeġġet biex fid-djoċesijiet madwar id-dinja tinħoloq “sistema waħda jew iżjed, stabbli u faċilment aċċessibbli għall-pubbliku biex jista’ jagħmel rapporti, anki permezz tat-twaqqif ta’ uffiċċju ekkleżjastiku apposta”, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, b’digriet tat-12 ta’ Lulju 2022, waqqaf Kummissjoni tas-Safeguarding fid-Djoċesi ta’ Għawdex. L-għan prinċipali tagħha hu li “tiddilja ma’ każijiet ta’ abbużi fuq minuri u fuq persuni vulnerabbli minn kjeriċi jew minn persuni impjegati jew voluntiera dipendenti tal-Knisja fid-Djoċesi ta’ Għawdex”.

Sa qabel id-data msemmija, id-Djoċesi ta’ Għawdex kienet tirriferi każijiet simili lill-Kummissjoni tas-Safeguarding tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Il-Kummissjoni l-ġdida, għall-ħames snin li ġejjin, hi magħmula kif ġej.

Uffiċjali tas-Safeguarding:
• is-Sa Loraine Borg [MSc, PGCE, BA(Hons) Social Work] – Kap tal-Kummissjoni;
• is-Sur Noel Cini Pisani [BA(Hons) in Social Work, PG Dip Systemic Psychotherapy] u s-Sa Francine Farrugia Magrin [BA(Hons) Social Work] – Uffiċjali tal-investigazzjoni;
• is-Sa Marie-Claude Xerri [BEd(Hons), PG DEAM, PG Dip MSLI] – Segretarja tal-Kummissjoni.

Bord ta’ Konsulenti:
• Dr Michael Galea [PhD, MTh, MSc, NCC, MPPB] u s-Sa Pauline Grech [BEd(Hons), DipEd(Adm & Mgt)] – Konsulenti fid-deliberazzjoni dwar is-sussistenza tal-każ;
• Dr Stanley Portelli [LLD] – Konsulent legali.

Servizz ta’ Sapport:
• Dr Marlene Cauchi [DCounsPsy] – Responsabbli għall-għajnuna lill-vittmi;
• Dun Alexander Refalo [SThL] u Dun John Vella [PsyD] – Responsabbli għall-formazzjoni tal-allegat aggressur.

Id-dettalji għal kuntatt mal-Kummissjoni huma dawn:
📧 [email protected]
📞 +356 7983 8953

Kif spjegat, din il-Kummissjoni tas-Safeguarding ta’ Għawdex hi responsabbli mill-investigazzjonijiet ta’ każijiet ta’ abbuż fuq minorenni u persuni vulnerabbli.

***

Is-Safeguarding of Minors - Gozo hija entità oħra fid-Djoċesi (li ilha topera għal diversi snin), li toħloq għarfien dwar prevenzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-minuri, speċjalment permezz ta’ korsijiet f’kollaborazzjoni mal-Istitut għall-Ministeru Pastorali fi ħdan id-Djoċesi.

Id-dettalji għal kuntatt ma’ Safeguarding of Minors - Gozo huma dawn:
📧 [email protected]
fb: www.facebook.com/gozosafeguarding

Aqsam fuq