Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Nerġgħu niskopru lil xulxin

Il-Grupp tal-Empty Nesters fi ħdan il-Pastorali Djoċesana tal-Familja reġa’ organizza laqgħa oħra għall-ġenituri li wliedhom ħarġu mid-dar. Din il-laqgħa saret nhar it-Tlieta 24 ta’ Novembru, fis-Sala tal-Iskola Sir M.A. Refalo Sixth Form. Bħalma saru fil-laqgħat ta’ qabel, din l-inizjattiva kienet organizzata flimkien mal-Iskola Sir M.A. Refalo.

Is-suġġett li ġie ttrattat kien: “Nerġgħu niskopru lil xulxin”, u kien indirizzat ferm tajjeb mis-Sa Maria Grech Debono, li taħdem baħla Systemic Family Psychotherapist. Dan kien rifless fil-mistoqsijiet u d-diskussjoni li tqajmet waqt u anki wara l-laqgħa. Ħarġet ċara l-importanza li wara li t-tfal jitilqu mid-dar tal-oriġni, il-koppja terġa’ tiskopri lila nfisha speċjalment fir-relazzjoni.

Aqsam fuq