Sors: Facebook
B’niket inħabbru l-mewt ta’ Monsinjur Pawlu Cardona, mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat, fl-għomor ta’ 70 sena. Dun Pawl ilu għal dawn l-aħħar seba’ snin Delegat tal-Isqof għall-Kleru. Huwa qeda diversi ministeri fil-Knisja, l-ewwel bħala Kappillan fid-Djoċesi ta’ Ruma għal tletin sena, imbagħad aktar tard bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ fil-Belt Victoria u bħala Rettur tal-Knisja ta’ Santa Luċija. Huwa kien ukoll is-suċċessur tal-Qaddej ta’ Alla Guglielmo Giaquinta bħala Superjur Ġenerali tal-Istitut Sekulari Apostolici Sodales (Pro Sanctitate).
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.