Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

F’dan iż-żmien tar-Randan l-Isqof Anton Teuma qed jiltaqa’ ma’ ħafna kategoriji ta’ nies…

Sors: Facebook

F’dan iż-żmien tar-Randan l-Isqof Anton Teuma qed jiltaqa’ ma’ ħafna kategoriji ta’ nies: professjonisti, entitajiet pubbliċi u privati, bħal tobba, avukati, periti, għalliema, ħaddiema, u oħrajn.

It-Tnejn 27 ta’ Marzu, f’nofsinhar, iltaqa’ mal-membri tal-Korp tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Għawdex. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm is-Supretendent Joseph Hersey, il-Kappillan tal-Pulizija ta’ Għawdex Mons. Pawlu Cardona, l-Ispettur Josef Gauci, membri mill-Uffiċċju tal-Pulizija, Distrett, RIU, Trades, MT Garage, Taqsima Traffiku u Community Policing. Id-diskussjoni mal-Isqof Anton kienet interessanti ħafna.

Fi tmiem ta’ din il-laqgħa, fil-Kappella tal-Għassa tal-Belt Victoria sar it-tberik tal-altar il-ġdid maħdum minn membri tal-Korp tal-Pulizija ta’ Għawdex u msebbaħ bil-mużajk minn Dun Roberto Gauci.

Għal din l-okkażjoni l-Kappillan Mons. Pawlu Cardona rregala relikwa ‘ex corpore’ tal-Beatu Giuseppe Puglisi, saċerdot tal-Knisja ta’ Palermo li ġie maqtul proprju għax ikkundanna l-kriminalità organizzata mafjuża fi Sqallija. Din ir-relikwa tpoġġiet mill-Isqof Anton taħt l-altar.

Is-Supretendent Joseph Hersey, għan-nom tal-Korp tal-Pulizija ta’ Għawdex, irringrazzja lill-Isqof ta’ Għawdex għal din il-laqgħa, kif ukoll lill-Kappillan Mons. Pawlu Cardona għal dan il-ġest sabiħ.

Aqsam fuq