Sors: Facebook
F’dawn il-ġranet fil-Vatikan inżamm it-tieni Kungress Internazzjonali tas-Santwarji. Ir-Rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu attenda għal dawn il-jiem ta’ riflessjoni u aġġornament. It-tema tal-Kungress kienet: Is-Santwarju: dar tat-talb. F’dan il-kungress ħadu sehem aktar minn 600 ruħ minn 43 pajjiż. Il-Kungress intemm b’udjenza u messaġġ dalgħodu mill-Papa Franġisku fl-Awla Papa Pawlu VI. Dan kollu qed isir bi tħejjija għall-Ġublew tas-sena 2025.