Sors: Facebook
F'dawn il-jiem, madwar 40 isqof mill‐Ewropa qed jattendu għall‐Assemblea Plenarja tal‐Kunsill tal‐Konferenzi tal‐Isqfijiet Ewropej (CCEE) li għall‐ewwel darba qed issir f’Malta, organizzata mill‐Konferenza Episkopali Maltija. Waqt din l‐assemblea, li kull sena ssir f’wieħed mill‐pajjiżi membri tal‐Kunsill, l‐Isqfijiet Ewropej qed jiddiskutu t‐tema "Passi ġodda għal Knisja Sinodali fl‐Ewropa".
L-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma pparteċipa fis-sessjoni u l-quddiesa tal-ftuħ ippreseduta mill‐Kardinal Mario Grech fil‐Konkatidral ta’ San Ġwann nhar it-Tnejn filgħaxija, kif ukoll fl-ewwel sessjoni l-għada filgħodu.
📷 Arċidjoċesi ta' Malta