Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Fi żjara li għamel dan l-aħħar l-Isqof Anton fl-uffiċini ta’ Michael Grech Financial…

Sors: Facebook

Fi żjara li għamel dan l-aħħar l-Isqof Anton fl-uffiċini ta’ Michael Grech Financial Investment Services fil-Belt Victoria, hu ġie ppreżentat b’arblu tar-razza tiegħu li jmur lura 8 ġenerazzjonijiet u li tħejja għall-okkażjoni minn David Grech, membru tal-istaff. L-Isqof ħa spunt minn dan u rrifletta mal-istaff dwar kif il-ħajjiet tagħna huma minsuġa ma’ ta’ xulxin, speċjalment f’komunità ċkejkna bħalma hu Għawdex. Iktar ma nsiru nafu dwar il-passat tagħna, kompla l-Isqof, iktar nistgħu napprezzaw il-preżent tagħna u naħdmu għal futur aħjar. Il-familja u l-komunità kienu u għadhom wieħed mill-pilastri tas-soċjetà, temm jgħid.

Aqsam fuq