Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Fil-lejl tat-30 ta’ Diċembru li għadda miet Fr Peter Francis Chappell, fl-età ta’ 83…

Sors: Facebook

Fil-lejl tat-30 ta’ Diċembru li għadda miet Fr Peter Francis Chappell, fl-età ta’ 83 sena, fir-residenza tiegħu l-Qala fejn kien irtirat.

Fr Peter twieled fl-Ingilterra nhar l-4 ta’ Awwissu 1939. Studja għas-saċerdozju fil-Kulleġġ Ingliż ta’ Lisbona fil-Portugall u ġie ordnat saċerdot nhar it-23 ta’ Mejju 1964 għad-Djoċesi ta’ Lancaster fit-tramuntana tal-Ingilterra. Ħadem f’diversi f’parroċċi u għal 13-il sena kien Kappillan tal-Ħabs. Qabel ma rtira Għawdex fl-2009, huwa kien Kappillan ta’ Our Lady of Appleby fid-Djoċesi ta’ Lancaster. F’Għawdex huwa kien iservi lill-komunità Ingliża Kattolika kemm fis-Seminarju, in-Nadur u Għajnsielem.

Il-Funeral tiegħu sar nhar it-Tnejn 2 ta’ Jannar 2023 u tmexxa mill-Isqof Anton Teuma fis-Santwarju arċipretali ta’ San Ġużepp, il-Qala. L-Isqof fl-omelja tkellem dwar ix-xhieda tas-saċerdot li biha hu jista’ jagħti leħen lill-Kelma ta’ Alla.

Mons. Paul Swarbrick, l-Isqof ta’ Lancaster, fl-aħħar jiem bagħat ittra lill-Isqof Anton Teuma fejn ħa l-opportunità biex jirringrazzja lilu u lill-kleru u l-lajċi tad-Djoċesi ta’ Għawdex li lil Fr Peter laqgħuh u qiesuh bħala wieħed ta’ ġewwa tul is-snin li dam irtirat fostna.

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Aqsam fuq