Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, nanniet ta’ Ġesù, l-Erbgħa 26 ta’…

Sors: Facebook

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, nanniet ta’ Ġesù, l-Erbgħa 26 ta’ Lulju, l-Isqof Anton Teuma ċċelebra l-quddiesa mar-residenti u l-istaff tar-Residenza Sant’Anna, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fl-omelija ċkejkna huwa rrefera għat-tbatijiet li ngħaddu minnhom fil-ħajja tagħna, kif għaddew ukoll Sant’Anna u San Ġwakkin meta saru jafu li binthom Marija tqalet. Imma l-wasla ta’ Ġesù ġabitilhom ukoll ferħ kbir.

L-Isqof Anton wiegħed lill-morda u anzjani preżenti fis-sala tar-Residenza Sant’Anna li jitlob għalihom biex jirnexxilhom iġorru s-salib tat-tbatija.

Mal-Isqof ikkonċelebra wkoll Dun Joe Cardona, Kappillan tal-Isptar.

Il-ġurnata ta’ qabel, l-Isqof ta’ Għawdex iċċelebra wkoll quddiesa f’Casa Amalia, faċilità fil-Belt Victoria għal anzjani b’dimentia.

Aqsam fuq