Sors: Facebook
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm (14 ta’ Ġunju), id-Djoċesi ta’ Għawdex fakkret id-donaturi tad-demm Għawdxin li regolarment jagħtu d-demm fil-Berġa tax-Xewkija. Dan seħħ nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju permezz ta’ quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu, li għaliha kienu mistiedna d-donaturi tad-demm Għawdxin. Il-quddiesa saret f’kollaborazzjoni mas-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, li jorganizza l-ġbir tad-demm għas-servizz tal-pazjenti fl-isptarijiet tagħna. Il-quddiesa tmexxiet minn Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju, assistit minn Dun Giovanni Curmi, Delegat għad-Djakonija. Fil-quddiesa sar talb għad-donaturi tad-demm mejtin u appell imqanqal biex aktar Għawdxin jitħeġġu jagħtu d-demm. Qatra demm issalva ħajja!
📷 George J. Cefai