Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

“Ġesù lilna jixtieq madwaru fil-Presepju” – Messaġġ tal-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma…

Sors: Facebook

“Ġesù lilna jixtieq madwaru fil-Presepju” – Messaġġ tal-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma għall-Milied 2023

Għaliex il-Presepju jiġbidna daqshekk? Għax fiċ-ċentru tiegħu hemm familja – Marija, Ġużeppi u Ġesù... u fl-aħħar mill-aħħar l-importanti huma r-relazzjonijiet ta’ bejnietna. Il-pasturi juruna ċerta ħlewwa ħierġa mill-persuna tagħhom: juruna li r-relazzjonijiet tagħna għandhom ikunu magħġunin b’ħafna ħlewwa, maħfra, imħabba u mogħdrija.

Il-Presepju hu magħmul minn nies li, għalkemm qed jaħdmu, xi ħin jew ieħor huma msejħin jersqu lejn il-Grotta ta’ Betlehem... Mingħajr Ġesù fiċ-ċentru, il-ħajja tagħna qisha presepju xott, magħmul biss minn fabbriki u nies li jaħdmu.

Ġesù lilna jixtieq madwaru – biex jagħtina l-paċi tiegħu!

Aqsam fuq