Sors: Facebook
Il-formazzjoni għall-katekisti Għawdxin, bi tħejjija wkoll għal sena kateketika ġdida, sabiex jistgħu jakkumpanjaw aħjar lit-tfal fiċ-Ċentri tad-Duttrina u fl-Oqsma tal-Museum, kompliet b’laqgħa oħra organizzata mill-Kummissjoni Kateketika tad-Djoċesi, l-Erbgħa 20 ta’ Settembru, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla.
Ġew mistiedna rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għall-Persuni neqsin mis-Smigħ li kellmu lill-katekisti dwar l-isfidi li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-klassi meta jsibu quddiemhom tfal neqsin mis-smigħ. Carmen Grech u Miriam Hili taw ukoll pariri prattiċi fuq kif dawn l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati.
Il-Gozo Association for the Deaf din is-sena qed tfakkar il-35 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Fil-21 ta’ Mejju li għadda l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma mexxa quddiesa ta’ radd il-ħajr fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju.