Sors: Facebook
Il-ġisem mejjet tal-Papa emeritu Benedittu XVI bħalissa jinsab għall-qima tal-fidili fil-Bażilika ta' San Pietru. It-translazzjoni mill-Monasteru Mater Ecclesiae qabel id-9.00am saret f'forma privata, fil-preżenza tas-Segretarju tiegħu Mons. Georg Gäenswein, u l-Kardinal Mauro Gambetti, Arċipriet tal-Bażilika ta' San Pietru. Fost l-uffiċjali mill-Penitenzerija Appostolika miġbura fit-talb fl-ewwel ħinijiet jidher Patri Ġorġ Attard ofmconv.
✝️ Min jixtieq, jista' jiffirma l-Ktieb tal-Kondoljanzi fin-Nunzjatura Appostolika, fi Triq Pietru Caxaru, Tal-Virtù, ir-Rabat, Malta, bejn ilum u nhar l-Erbgħa, mill-10.00am sa 12.00pm u mit-3.00pm sas-6.00pm.