Sors: Facebook
Il-Laqgħa Ġenerali tas-sajf tal-Komunitajiet Ewkaristiċi ta’ Għawdex saret fuq iz-Zuntier tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju. Kienet ċelebrazzjoni ħelwa bit-talba tar-rużarju u riflessjoni kateketika minn Dun Joe Bajada quddiem il-mużajċi tal-Misteri tad-Dawl. Fil-bidu l-Isqof Anton Teuma sellem lil dawk preżenti. Wara, kien hemm atmosfera ta’ għaqda bejn l-aħwa tal-Komunitajiet kollha b’agape fraterna.