Sors: Facebook
Ilbieraħ filgħodu, fil-Kappella tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Pietru, l-abbatini Għawdxin li qed jagħtu servizz fil-Vatikan kellhom iċ-ċerimonja simbolika tal-Vestizzjoni bil-faxxa l-ħamra, li tmexxiet minn Mons. Maximillian Grech, saċerdot Għawdxi li jaħdem fid-Diplomazija u li qed jagħti servizz fis-Segreterija tal-Istat fil-Vatikan. Din bdiet billi nqrat is-silta tas-sejħa ta’ Samwel mit-Testment il-Qadim u ntalab is-Salm 23. Imbagħad Mons. Grech wassal messaġġ qasir fejn tkellem fuq l-importanza tas-smigħ fost il-ħafna distrazzjonijiet li jaffaċċjaw it-tfal u ż-żgħażagħ. Wara, l-abbatini għamlu l-wegħdiet tagħhom, u wara li tbierket il-faxxa, ingħatatilhom biex hekk saru formalment abbatini tal-Bażilika ta’ San Pietru.
Illum fl-10.30am l-abbatini ltaqgħu mal-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Pietru l-Kardinal Mauro Gambetti OFMCONV meta qaddes fuq l-Altar tal-Katedra. Iktar tard, huma ħadu ritratt mal-Papa Franġisku li ltaqa’ magħhom wara t-talba tal-Angelus, fejn talbu flimkien is-Sliema, berikhom u talabhom jitolbu għalih.