Sors: Facebook
Ilbieraħ filgħodu l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma kellu laqgħa kordjali fil-Kurja mal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani, immexxi mill-President Dr Peter Bonnici. Fost l-oħrajn ġew diskussi l-problemi li jiltaqgħu magħhom l-anzjani, il-ħtieġa ta’ aktar day shelters, ir-rwol attiv li fadlilhom l-anzjani fis-soċjetà, l-isfidi fit-trobbija tan-neputijiet u l-komunikazzjoni mal-ġenerazzjoni żagħżugħa, u allura t-trażmissjoni tal-valuri.