Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Ilbieraħ, it-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Kappillani tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex…

Sors: Facebook

Ilbieraħ, it-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Kappillani tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex organizzaw bħas-soltu quddiesa għall-pazjenti u l-morda mill-Isqof Anton Teuma fis-swali tal-irġiel u n-nisa.

Fil-ħsieb tiegħu dwar il-Vanġelu ta’ Marija ta’ Betanja li ħaslet riġlejn Ġesù fid-dar ta’ ħuha Lazzru (Ġw 12:1-11), l-Isqof stieden lil dawk preżenti biex jgħaqqdu t-tbatija tagħhom ma’ dik ta’ Kristu li miet għalina, u hekk il-mard isir esperjenza biex nikbru fl-imħabba ta’ Alla. Bħal Lazzru u ħutu Marta u Marija, il-missjoni tal-evanġelizzazzjoni tkompli wkoll permezz tal-esperjenza ta’ min qed ibati jew tilef lil xi ħadd għażiż.

L-Isqof ħa l-opportunità biex irringrazzja lill-istaff, it-tobba u l-infermiera għad-dedikazzjoni tagħhom mal-morda. Hu żar lill-pazjenti wieħed wieħed u waħda waħda fil-Male, Female u Decanter Wards, li tgħidx kemm ferħu bil-preżenza tiegħu. Tahom il-barka tiegħu u wegħedhom li jżommhom fit-talb tiegħu.

Aqsam fuq