Sors: Facebook
“Illum iktar minn qabel qed insiru iktar sensittivi għar-rigal tal-ħolqien. Il-mistoqsija li rridu nagħmlu mhix biss kemm nirrispettaw lil xulxin, imma kemm nirrispettaw lill-ħolqien ta’ madwarna! Ħallina ħa nirrispettaw l-annimali, il-qattus, il-kelb, u allaħares tara lil xi ħadd imissu... imma kemm qed nirrispettaw l-art Għawdxija tagħna? Jew inkella l-art saret sempliċiment mezz ta’ qligħ ta’ flus għall-interessi personali ta’ xi ħadd jew ta’ xi wħud?
Dan kollu jtellifna mill-paċi vera. Altru xħin inqumu nsibu ruħna qalb is-siment u l-ġebel, u altru tiltaqa’ ma’ ftit arja pura, siġar, raba’, ħdura u blat, li llum kulma jmur qed isiru rari f’pajjiżna. Dan kollu jagħmel differenza kbira fil-paċi tal-qalb tagħna.
San Franġisk jgħallimna li mhux il-flus, il-proprjetà u l-ġid jagħmluna nies kuntenti u fil-paċi.”
📺 Ara l-filmat sħiħ biex tara x’qal illejla l-Isqof Anton Teuma dwar San Franġisk u r-rikonċiljazzjoni mal-ħolqien, fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali fil-Belt Victoria