Sors: Facebook
Illum, Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni, tħabbret mis-Santa Sede n-nomina tal-E.T. Mons. Alfred Xuereb, Arċisqof titulari ta’ Amantea, bħala Nunzju Appostoliku fil-Marokk. Fl-aħħar ħames snin huwa serva bħala Nunzju Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja.
Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Arċisqof Xuereb kien Għawdex biex nieda l-edizzjoni bil-Malti tal-ktieb tiegħu “Il-jiem tiegħi ma’ Benedittu XVI”, u ppreżenta kopja lill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma.
Nifirħulu u nitolbu għalih.
📷 JJP Zammit / Joe Attard