Sors: Facebook
“Illum tassew f’loku li nitkellmu dwar x’inhi l-parroċċa... Il-parroċċa hi l-komunità ta’ nies li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla – jekk m’aħniex f’xi realtà li tisma’ u tipprova tgħix il-Kelma, m’aħniex parroċċa –, jintrabtu bejniethom bħal aħwa f’komunjoni, jiċċelebraw l-Ewkaristija u jifirħu flimkien, u mbagħad isiru qaddejja ta’ xulxin, speċjalment il-foqra.
Nitolbu lill-Assunta taqbadna minn xagħarna u taqlagħna mil-loġika ażjendali li l-parroċċi tagħna spiċċaw fiha, u bl-ispirtu tagħha terfagħna ’l fuq, għax kultant aħna mingħalina li aħna parroċċa, imma ninqabdu fl-ingranaġġi tar-raġunament tad-dinja li ngħixu fiha.”
🎬 Segwi hawn l-omelija sħiħa tal-Isqof Anton Teuma dalgħodu fis-Santwarju arċipretali taż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-Festa titulari ta’ Santa Marija