Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

Is-Sibt 16 ta’ Diċembru, fis-6.00pm, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ċċelebra quddiesa…

Sors: Facebook

Is-Sibt 16 ta’ Diċembru, fis-6.00pm, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ċċelebra quddiesa fil-Kappella ta’ Lourdes, Għajnsielem, għall-komunità Taljana. Fl-omelija, waqt li qasam xi riflessjonijiet dwar il-kelma tat-Tielet Ħadd tal-Avvent, wera lit-Taljani li kienu preżenti li kienet xewqa tiegħu jiltaqa’ magħhom u li, bħal emigranti oħra, ma jħossuhomx barranin f’Għawdex, iżda jħossu li jagħmlu parti mill-familja kbira tal-Għawdxin. Huwa wera x-xewqa tiegħu li jkunu dejjem milqugħa u megħjuna fid-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom bħala emigranti.

Fit-tmiem tal-quddiesa, Mons. Renato Borg, il-Kappillan tal-komunità Kattolika Taljana f’Għawdex, irringrazzja lill-Isqof mhux biss li aċċetta din l-istedina, iżda wkoll tal-attenzjoni li juri lill-komunità Taljana. L-Isqof min-naħa tiegħu rringrazzja lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom biex tinżamm ħajja din il-komunità, fosthom lil Rosie Buttigieg tal-animazzjoni tal-kant matul il-liturġija. Fl-aħħar hu ta l-awguri tiegħu għal Milied hieni u sena tajba lil dawk kollha preżenti u l-familji tagħhom, kif ukoll lill-emigranti kollha li jgħixu fostna.

Wara l-quddiesa, l-Isqof bierek is-sala li tinsab fuq is-sagristija tal-Kappella ta’ Lourdes, li għandha sservi għall-attivitajiet li jsiru għall-komunità Taljana minn żmien għall-ieħor. Wara, kien hemm riċeviment żgħir għal dawk kollha preżenti.

📷 John Cordina

Comunità Italiana - Gozo

Aqsam fuq