Sors: Facebook
It-Tlieta 5 ta’ Diċembru saret laqgħa għal dawk is-saċerdoti li għandhom fuq 75 sena, organizzata mill-Uffiċċju Kleru tad-Djoċesi ta’ Għawdex. L-attendenza kienet waħda sabiħa. Inħass il-bżonn li laqgħat oħra għal din il-faxxa ta’ età jibdew isiru ta’ spiss. Il-laqgħa, li saret f’Dar Manresa, bdiet b’mument ta’ talb segwit minn diskussjoni u qsim flimkien. Wara, marru għal ikla f’ristorant ix-Xlendi. Ingħata wkoll servizz ta’ trasport għal dawk li kellhom bżonn.
Sadattant, is-Sibt ta’ qabel is-saċerdoti u r-reliġjużi tad-Djoċesi ltaqgħu flimkien fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb għan-nofstanhar ta’ tħejjija għall-Avvent. Il-meditazzjoni kienet immexxija minn Mons. Frans Abdilla. Waqt il-laqgħa saret proposta għas-saċerdoti li qaddsu mill-1991 ’il quddiem biex jirċievu servizz ta’ Pastoral Mentoring mill-kelliem innifsu.
Din il-ġimgħa, l-Isqof iltaqa’ wkoll mal-familjari tas-saċerdoti għal mument ta’ talb qabel il-Milied.