Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

“Kemm ħaddiema f’Għawdex tagħna jitħallsu ta’ xogħol li ma jagħmlux!

Sors: Facebook

“Kemm ħaddiema f’Għawdex tagħna jitħallsu ta’ xogħol li ma jagħmlux! Kemm ħaddiema jmorru fuq ix-xogħol għal ftit sigħat u jmorru jagħmlu xi ħaġa oħra! Dan mhux xogħol kif jixtiequ Alla: huwa qerq! Dan ikisser wieħed mill-ħitan tad-djar tagħna, għax mingħajr ma nkunu nafu, bħala ġenituri, jekk nipprovaw nitħallsu ta’ dak li ma nagħmlux, inkunu ngħaddu dan il-vizzju lil uliedna u ngħawru l-moħħ u l-qalb taż-żgħar.

Ma għandix dritt nitħallas ta’ dak li jien ksibt b’qerq... Tgħidulix: ‘Għax ta’ fuqna hekk jagħmlu’. L-argument ma jreġix! Jekk jagħmlu hekk ta’ fuqna, jagħmlu ħażin, u aħna ma nistgħux nagħmlu bħal ta’ fuqna u niġġustifikaw dak li aħna nagħmlu b’rata inqas jew b’mod iktar pulit”.

Fil-Knisja arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem fl-okkażjoni tal-Festa titulari dalgħodu l-Isqof Anton Teuma tkellem dwar kif insaħħu l-ħitan tad-djar tas-soċjetà u l-familji tagħna.

🎬 Erġa’ segwi l-omelija kollha hawn.

Aqsam fuq