Sors: Facebook
Kif jagħmlu fil-bidu ta’ kull sena pastorali, matul l-aħħar tlett ijiem il-membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani Għawdxin iltaqgħu għal seminar fejn jirriflettu fuq l-esiġenzi u l-isfidi pastorali. Dr Joseph Azzopardi, li għandu warajh karriera ta’ lecturing dwar management, iffaċilita s-seminar li nżamm fid-Dar tal-Irtiri Manresa bejn it-Tnejn u l-Erbgħa. Kull ġurnata bdiet bit-talb u r-riflessjoni misluta mill-prietki li d-Dumnikan Patri Timothy Radcliffe kien qed jagħmel fl-istess ġranet lill-parteċipanti tas-Sinodu f’Ruma. Ġew ittrattati t-temi tal-management u l-leadership fil-ministeru ta’ kappillan, bl-għajnuna kemm ta’ kwestjonarji personali u ta’ diskussjonijiet fi gruppi.