Sors: Facebook
Kmieni dalgħodu ħalla din l-art Monsinjur Ġużeppi Gauci, mill-Parroċċa tal-Katidral, il-Belt Victoria. Huwa miet fl-età ta’ 90 sena.
Dun Ġużepp kien wiċċ familjari ma’ kull min jitla’ l-Katidral u stinka kemm felaħ għall-ġid ta’ din il-knisja ewlenija tad-Djoċesi tagħna, fejn għal żmien twil kien Sagristan Maġġuri.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.