Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

L-Erbgħa 26 ta’ Lulju bdiet għal grupp ta’ 14-il abbati Malti u Għawdxi l-esperjenza ta’…

Sors: Facebook

L-Erbgħa 26 ta’ Lulju bdiet għal grupp ta’ 14-il abbati Malti u Għawdxi l-esperjenza ta’ servizz fil-Belt tal-Vatikan. Akkumpanjati minn Mons. Frans Bonnici u s-seminarista Għawdxi John Xerri, huma jerġgħu lura Malta fil-5 ta’ Awwissu.

L-abbatini Għawdxin fil-grupp – il-parti l-kbira – huma Gianni Zarb (Ta’ Sannat), Cristiano Hili (Ta’ Kerċem), Kurt Vella (San Ġorġ), Darryl Apap (Ta’ Sannat), Gabriel Debrincat (ix-Xewkija), Andrew Zerafa (Ta’ Sannat), Samwel Camilleri (ix-Xewkija), Steven Buttigieg (il-Qala), Kurt Cutajar (San Ġorġ), u Felix Agius (Ta’ Sannat).

Dalgħodu, fis-Sagristija tal-Bażilika ta’ San Pietru waqt is-servizz tagħhom, l-abbatini Għawdxin iltaqgħu wkoll mal-Kardinal Għawdxi Mario Grech.

Nawgurawlhom esperjenza sabiħa.

Aqsam fuq